Medigames – Mario Mifsud jirbaħ id-deheb fix-shotput

Medigames –  Matul il-ġurnata tal-lum saret il-kompetizzjoni tal-powerlifting ġewwa l-Kumpless tal-Isports fil-Kottonera fejn ikkompetew diversi persuni li jaħdmu fil-qasam mediku.

Żewġ powerlifters Maltin, Nathalie Agius u Mario Mifsud ikkompetew kontra 21 atleta minn pajjiżi differenti fosthom l-Alġerija, il-Kanada, Franza u l-Ġermanja. Mifsud kiseb l-ikbar refgħat tal-ġurnata b’250kg squat, 150kg bench press u 300kg deadlift. Għalkemm Mifsud ġie l-ewwel mill-kompetituri tal-powerlifting, ma kompliex jagħti l-massimu tiegħu fl-isquat minħabba li fl-istess ġurnata kkompeta wkoll fl-atletika ftit tas-sigħat wara. Fil-fatt, Mifsud kiseb id-deheb fix-shotput u għamel tefgħa ta’ 11.25 metru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: Il-Club ta’ Valletta FC iffirma l-ftehim mal-investituri mil-Arabja Sawdija li fuqu ż-żewġ naħat kien ilhom jinnegozjaw għal diversi xhur. Il-President ta’ Valletta Football Club Victor Sciriha, kien akkumpanjat…

Futbol internazzjonali

Illejla ssir edizzjoni oħra tal-FIFA Football Awards li se tippremja l-aħjar player tal-istaġun 2017/18. Is-serata tal-lejla tibda fit-8.30pm qed tiġi mxandra diretta fuq TVM2. Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed…

Aktar