Sports Internazzjonali
Lyon jgħaddu mal-aħħar sittax

Grupp E

Ajax  3 – 3  FC Bayern Munich

F’logħba pjuttost bilanċjata u b’ Ajax forsi ftit aħjar, kien Lewandovski li kontra x-xejra tal-logħob fetaħ l-iskor fit-tlettax il-minuta għal Bayern Munich. Fil- wieħed u sittin Ajax ġabu meritatament id-dro permezz ta’ Dusan Tadic. Tminn minuti mit-tmiem Ajax jingħataw penalti. Għal darb’oħra jinkariga ruħu minnu Dusan Tadic li mill-ħdax -il metru ma jfallix. Ħames minuti wara Bayern Munich jingħataw penalti u Lewandovski ma jiżbaljax biex issa kellna doppjetta fuq kull naħa. Il-logħba saret xi ftit nervuża u kull tim kellu plejer imkeċċi biex iż-żewġ timijiet spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers. Tmiem drammatiku għal din il-partita hekk kif Kingsley Coman jiskurja għal Bayern. It-tim Ġermaniż ħaseb li ir-rebħa kienet fl-ixkora, iżda Nicolas Tagliafico ġab il- gowl tad-dro għal Ajax meta kien skada il-ħin regolamentari.

Benfica  1 – 0  AEK Ateni

Logħba mingħajr wisq storja bil-gowl waħdani jasal żewġ minuti mit-tmiem, skurjat minn Alex Grimaldo biex Benfica harġu rebbieħa 1-0.

Grupp F

Manchester City  2 – 1  Hoffenheim

Għalkemm Manchester City kienu superjuri għat-tim ta’ Hoffenheim … kien it-tim Ġermaniż li mar fil-vantaġġ. Filfatt wara li Laporte imbotta lil Benjamin Huebner fil-kaxxa, mill-ħdax il-metru Andrej Kramaric ma żbaljax. Manchester City ġabu d-dro momentarju permezz ta’ Leroy Sane in extremis fil- ħamsa u erbgħin minuta. Sabiex imbagħad kien l-istess Sane li poġġa lil Manchester City fil- vantaġġ meta sab ix-xibka għat-tieni gowl personali tiegħu.

Shaktar Donetsk  1 – 1  Lyon

Tul l-ewwel ħamsa u erbgħin minuta Lyon kienu xi ftit aħjar minn Shaktar Donetsk, madankollu kien it-tim ta’ Shaktar li mar fil-vantaġġ b’gowl ta’ Junior Moraes fit-tnejn u għoxrin minuta. Lyon ħolqu reazzjoni u fil-ħamsa u sittin minuta ġabu il-gowl tad-dro permezz ta’ Nabil Fekir. L-istess plejer spiċċa ammonit tlett minuti wara.

Grupp H

Valencia  2 – 1  Manchester United

Kontra kull mistenni Valencia ħarġu disposti b’mod aktar ordnat fil- grawnd u fis-sbatax -il minuta sabu il-gowl li poġġihom fil-vantaġġ. Kross ta’ Santi Mina, Phil Jones jonqos milli jtajjar il-periklu, jidħol Carlos Soler u jiskorja għall-vantaġġ ta’ 1-0. Il-ġurnata kif jgħidu minn filgħodu turik, dan għaliex fis-sebgħa u erbgħin minuta Phil Jones reġa kien protagonist meta tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Tlett minuti mit-tmiem, Manchester United naqqsu id-distakk permezz ta’ Marcus Rashford.

Young Boys  2 – 1  Juventus

Għalkemm Juventus kienu nettament superjuri fuq Young Boys, kienu dawn tal- aħħar li marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalti li kien trasformat minn Hoarau. Nistgħu ngħidu li Hoarau kien il-veru eroj tat-tim Svizzeru meta fit-tmienja u sittin minuta reġa sab ix-xibka għat-tieni gowl. Juventus ippruvaw joħolqu xi tip ta’ reazzjoni u fit-tmenin minuta Paulo Dybala naqqas id-distakk

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Gianluigi Buffon, l-ex goalkeeper ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, fil-jiem li ġejjin jista’ jirritorna f’daru, maċ-champions Taljani. Din l-aħbar ikkonfermaha SIlvano Martina, l-aġent ta’ Buffon li mal-istazzjonijiet Taljani ta’…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder Spanjol ta’ Manchester City David Silva qal li se jkun qed iħalli liċ-Champions Ingliżi fl-aħħar tal-istaġun li ġej. Mistoqsi direttament mill-ġurnalisti Ingliżi jekk hux se jkun qed ikompli jilgħab…

Futbol internazzjonali

Kulħadd jaf li l-Urugwajan Luis Suarez jitqatel waqt logħba futbol. Jagħmel minn kollox biex jiskurja, u jekk kemm-il darba ma jirnexxilux isib ix-xibka, jipprova kull tip ta’ manuvra sabiex b’xi…

Futbol internazzjonali

Italja 2  Ċina 0 Gowl f’kull taqsima kienu d-differenza bejn l-Italja u ċ-Ċina, b’tal-ewwel jgħaddu għall-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa. L-Italja fil-vantaġġ wara kwarta meta Giacinti fetħet l-iskor, u Galli rduppjat…

Aktar