Ibburdjar
Is-super-maxi Black Jack jinsab fuq quddiem fit-tellieqa Sydney – Hobart

Is-super-maxi Awstraljan, Black Jack, jinsab fuq quddiem fit-tellieqa Sydney – Hobart. F’din l-74 edizzjoni ta’ waħda mill-aktar tlielaq prestiġġjużi fid-dinja tal-ibburdjar, Black Jack kien l-ewwel wieħed li dar ma’ Sydney Heads fil-ġurnata tal-Erbgħa.

Il-jott Wild Oats XI kien fuq quddiem fil-bidu tat-tellieqa, imma mal-ħin Black Jack mhux biss naqqas id-distakk imma anke rnexxielu jaqbżu.

F’din l-74 edizzjoni, għall-ewwel darba fl-istorja ta’ din it-tellieqa, il-jott Wild Oats X għandu crew kollu kemm hu femminili, bl-iskipper Stacey Jackson.

L-organizzaturi jidhru li huma kuntenti bil-proċess tat-tellieqa u skont it-tbassir tat-temp jidher li mhux ser ikun hemm periklu għall-baħħara li qegħdin jieħdu sehem, meta għada, il-Ħamis 27 ta’ Diċembru, ser ikun ikkommemorat l-20 anniversarju minn meta ħames jottijiet spiċċaw mgħarrqa u sitt baħħara tilfu ħajjithom waqt maltempata qawwija li qamet waqt it-tellieqa. Dan l-episodju kien seħħ fl-1998, fejn f’operazzjoni qawwija ta’ salvataġġ kienu ġew salvati 55 baħħar ieħor mill-għarqa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Il-Malta Cruising Club se jorganizzaw l-International Siracusa Cruise bejn is-Sibt 27 ta’ Lulju u s-Sibt 3 ta’ Awwissu. Id-distanza ta’ 85 mil nawtiku bejn Malta u Siracusa se tinqasam f’żewġ…

Ibburdjar

Ir-rebħa tas-super-maxi jott Wild Oats XI reġgħet qiegħda f’nofs kontroversja, wara li issa, l-iskipper Mark Bradford u s-sid Peter Harburg tal-jott Black Jack qegħdin jipprotestaw li l-jott Wild Oats XI…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott Awstraljan Wild Oats XI rebaħ id-disa’ unur tiegħu fit-tellieqa Sydney – Hobart kmieni l-Ġimgħa filgħodu. Din kienet waħda mill-aktar tlielaq missielta li seħħew fl-aħħar snin, bil-jott Awstraljan jaqbeż…

Aktar