Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: debutt kwiet għal Steve Pisani fir-rebħa ta’ Balzan

Qormi……….  1

Balzan………  3

 

Debutt kwiet għal Steve Pisani fir-rebħa ta’ Balzan fuq Qormi bl-skor ta’3-1. L-ewwel azzjoni tal- partita waslet wara 17 -il minuta minn Balzan meta l-akkwist il-ġdid tagħhom mingħand Floriana , Steve Pisani li kellu partita kwieta u inbidel ftit wara li bdiet it-tieni taqsima, għadda il-ballun lil Paul Fenech pero ix-xutt ċentrali ta ‘dan ġie salvat faċilment mill- goalkeeper Jamie Azzopardi.

Fil- 31 minuta free-kick angulat għal Balzan li ngħata minn Carlos De Fiori Mendes u Azzopardi ippanċja il-ballun il-barra. Minuta qabel spiċċat l-ewwel taqsima Balzan marru fil vantagg, il-kross mill- lemin ta’ Ivan Bozovic daħal tajjeb Ricardo Duarte Correa u mil viċin għeleb lil Azzopardi…minuta wara Balzan irdoppjaw meta reġa kien Bozovic li kompla lejn Andrija Majdevac u dan b’xutt b’saħħtu tefa’ il-ballun wara il-goalkeeper ta’ Qormi.

Fis- 60 minuta is-sostitut Alfred Effiong għadda il-ballun lil Uros Ljubomirac bix-xutt fil baxx tiegħu spiċċa ftit barra,pero minuta wara Balzan kisbu it-tielet gowl tagħhom meta Ljubomirac kompla lejn Majdevac li minn taħt Azzopardi ma falliex. Fit- 68 minuta Tensior Guzman ta’ Qormi baqa javvanza waħdu lejn il-lasta avversarja pero x-xutt finali tiegħu kien ferm żbaljat, iżda kwarta mit-tmiem Qormi naqsu l-skor meta Gnindoponou qassam lejn Tensior Guzman u dan b’xutt tajjeb għeleb lil Sultana fil lasti ta’ Balzan.

Riżultat finali: Qormi 1-3 Balzan
Referee: Stefan Pace.
BOV Player tal partita : Andrija Majdevac ( Balzan FC ).

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kellhom jgħaddu 27 sena mill-aħħar kampjonat mirbuħ minn Floriana fl-istaġun 1992/93 meta dakinhar kien refa’ t-Tazza tal-Kampjonat il-mibki David Cluett sabiex il-Furjaniżi sa fl-aħħar jerġgħu jgħollu t-Tazza ta’ Champions tal-Football…

Futbol lokali

Is-Sibt wara nofsinhar saret il-preżentazzjoni tat-trofew ta’ Champions tal-Futsal Elite League lil Luxol Futsal li rebħu dan il-kampjonat tal-istaġun 2019/20. Luxol dan l-istaġun rebħu double partikolari hekk kif apparti li…

Futbol lokali

Attard FC is-Sibt filgħaxija kienu ppreżentati bit-Tazza ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni għall-istaġun 2019/20. Il-Preżentazzjoni lil-captain tat-team Nigel Spiteri imdawwar bi sħabu l-players u membri tal-kumitat saret mill-President tal-MFA…

Futbol lokali

Waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew il-Furjaniżi hekk kif is-Sibt filgħaxija fil-Floriana saru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tar-rebħ tal-kampjonat għall-istaġun 2019/20 wara l-preżentazzjoni uffiċjali tat-Tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-istagun 2019/20. Għal ħabta…

Aktar