Futbol internazzjonali
62 sena mill-inċident traġiku li ħalla 8 plejers ta’ Manchester UTD mejta

Illum jitfakkar it-62 anniversarju mid-diżastru ta’ Munich li kien ħalla tmien plejers ta’ Manchester United mejta fost persuni oħra. Kien is-6 ta’ Frar 1958, meta t-tim ta’ Manchester United kien qiegħed jirritorna minn Belgrad wara li fil-kwartifinali kienu għelbu lil Red Star Belgrade u għamluha għas-semifinali tal-kompetizzjoni. Sa dak iż-żmien, l-ebda tim Ingliż kien għadu qatt ma’ rebaħ trofew Ewropew, u dan it-tim tar-Red Devils kien qed jissemma’ bħala l-ewwel tim li seta’ jirbaħ unur f’dan il-livell.

L-ajruplan kien fi triqtu lura lejn l-Ingilterra, meta niżel Munich sabiex jieħu l-fuel meħtieġ għall-kumplament tal-vjaġġ. Sfortunatament, l-ajruplan beda jsib diffikultà biex itir, tant li fit-tielet attentat biex jinqata’ mill-art, ikkraxxja u ħalla 23 persuna mejta. Fost il-mejta kien hemm tmien plejers mit-tim li kien għadu kif elimina lil Red Star Belgrade, b’21 persuna oħra jirnexxilhom isalvaw f’din it-traġedja.

Il-manager Matt Busby kien irnexxilu jsalva għalkemm kellu jagħmel diversi ġimgħat rikoverat l-isptar, f’inċident li mhux biss kien ħasad il-belt ta’ Manchester imma lid-dinja sportiva inġenerali.

Il-plejers li kienu tilfu ħajjithom f’din it-traġedja kienu:

Duncan Edwards ta’ 21 sena

Tommy Taylor ta’ 26 sena

Roger Byrne ta’ 28 sena

Billy Whelan ta’ 22 sena

Eddie Colman ta’ 21 sena

Mark Jones ta’ 21 sena

David Pegg ta’ 22 sena

Geoff Bent ta’ 25 sena

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Wolves 1   Manchester City 3 Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja…

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Aktar