Futbol internazzjonali
Valletta ma’ Astana tal-Każakstan fit-3 Round tal-UEFA Europa League
L-ewwel leg away il-ġimgħa d-dieħla

Astana tal-Każakstan se jkunu l-avversarji ta’ Valletta fit-tielet round tal-UEFA Europa League.

Valletta qed ikomplu l-istaġun Ewropew tagħhom fl-Europa League wara li ġew eliminati fit-tieni round taċ-Champions League minn Ferencvaros tal-Ungerija. Astana min-naħa tagħhom ilbieraħ għelbu lil Santa Coloma ta’ Andorra f’darhom 4-1 biex għaddew mit-tieni round tal-UEFA Europa League bl-istess aggregate.

Valletta se jilagħbu barra minn darhom fl-ewwel leg fil-Każakstan il-ġimgħa d-dieħla nhar il-Ħamis 8 t’Awwissu: biex imbagħad jilqgħu lil Astana fis-Centenary Stadium fil-15 t’Awwissu, nhar Santa Marija.

Ir-rebbieħ jgħaddi għall-playoffs għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League: b’possibilta’ ta’ konfront ma’ timijiet bħal Ajax Amsterdam tal-Olanda, PAOK Salonika tal-Greċja, Rosenborg tan-Norveġja, u Slovan Bratislava tas-Slovakkja. Il-poloz tar-raba’ round jittellgħu nhar it-Tnejn.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

KAMPJONAT PREMIER INGLIŻ Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, Norwich City ħasdu għal kollox liċ-champions Manchester City billi rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għas-Citizens. Norwich stabilixxew vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Fit-23 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej li saret f’Ġinevra, l-klabbs insistew fit-talba tagħhom biex ikun hemm riforma fil-kompetizzjonijiet ewropej. Il-proposta ppjanat li tibda fis-sena 2024 tinkludi l-formazzjoni ta’ tliet…

Futbol internazzjonali

Il-bieraħ komplew jintlagħbu aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2020 fejn il-Ġermanja kisbu rebħa importanti kontra l-Irlanda ta’ Fuq filwaqt li mill-istess Grupp l-Olanda komplew għaddejjin bir-rebħ. Dawn kienu r-riżultati…

Futbol internazzjonali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jerġa jkun fl-azzjoni llejla f’logħba minn Grupp 8 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2021. Wara d-draw prestiġjuż kontra l-Irlanda ta’ Fuq nhar il-Ħamis li…

Aktar