Waterpolo
Waterpolo: Vantaġġ fil-finali playoffs għal Neptunes u Marsaskala

KAMPJONAT PREMIER FINALI PLAYOFF 2019

L-ewwel logħba fuq l-aħjar minn tlieta

Neptunes …….15

Sliema………..14

Neptunes bdew is-serje tal-aħjar minn tliet logħbiet fil-finali tal-kampjonat Premier b’rebħa ta’ 15-14 fuq Sliema u allura jekk jirbħu t-tieni logħba kontra Sliema nhar is-Sibt huma jirbħu l-kampjoant BOV Premier 2019.

Darko Brguljan skorja ħames goals f’dan il-konfront, bil-goals l-oħra skorjati hekk: erba’ goals kull wieħed għal Nikolai Zammit u Stevie Camilleri u żewġ goals għal Jordan Camilleri. Sliema skorjaw għalihom erba’ goals kull wieħed Jerome Gabaretta u Gavril Subotic, żewġ goals Norbert Hozyansky u goal kull wieħed għal Liam Galea, Jamie Gambin, Zach Mizzi u Nicholas Bugelli.

Referes kienu Alessandro Severo u Peter Balzan.

KAMPJONAT TAL-1 DIVIŻJONI FINALI PLAYOFF 2019

L-ewwel logħba fuq l-aħjar minn tlieta

Marsaskala……..13

Valletta…………..8

Fl-ewwel logħba mill-playoffs tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni l-aħjar minn tliet logħbiet kienu Marsaskala li rebħu kontra Valletta 13-8. Għal Marsaskala skorja 6 goals Christian Milakovic, 4 goals Kostantin Averka, 2 goals Jan Kuliic, u goal għal Malcolm Mannara.

Għal Valletta skorjaw 2 goals kull wieħed Jovan Saric u Peter Borg, u goal kull wieħed għal Spiteri Staines, Andrea Bianchi, Michael Cordina, u Dimitri Kolod.

Hawn referees kienu Daniele Bianco u Massimo Anġilleri.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Mir-raba’  ġurnata tar-Round Preliminari, fil-Pixxina Nazzjonali ntlagħbu żewġ logħbiet, b’rebħiet għal Sliema Frank Salt Real Estate u Ta’ Xbiex. Exiles Ferretti 5   Sliema Frank Salt Real Estate 9 Sliema kienu…

Waterpolo

Mill-Kampjonat tas-Sajf, mil-lejla tibda r-raba’ ġurnata tar-Round Preliminari fil-Pixxina Nazzjonali. Iż-żewġ logħbiet jintlagħbu fis-18:15 u s-19:30 rispettivament: Marsaskala Fish n Fish – Ta’ Xbiex Aquatic Sports Club Exiles Sports Club…

Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tielet ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo.; Illejla 18:15 Otters Nivea – Exiles Sports Club 19:30 Sliema Frank Salt Real Estate – Valletta…

Waterpolo

Bejn illum u għada, fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tieni ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf. Illejla jintlagħbu żewġ logħbiet filwaqt li għada jintlagħbu tlieta oħra. Il-programm ta’ logħob huwa dan: Illejla 18:15…

Aktar