Futbol lokali
FILMAT – FA Trophy: Gudja b’rebħa meritata fuq Lija A.

FA TROPHY 2019/20

It-Tielet Round

Gudja U……..3

Lija A………..0

Gudja U. jagħmluha ghar-4 rawnd tal-F.A Trophy, meta jegħlbu lil Lija A, 3-0. Rebħa meritata għat-tim tal-Premier fuq dak tal-Ewwel Diviżjoni, pero’ min-naħa l-oħra ta’ min isemmi, li Lija A. fl-ewwel taqsima kienu qed iħabbtuha sew mal-avversarji Gudja U.

Fil-5 minuta, Gudja U. fil-vantaġġ, kross mix-xellug ta’ Jurgen Farrugia, daqqa ta’ ras tal-iżmarkat għal kollox t’Aiden Jake Friggieri, ballun fix-xibka, Gudja U. 1-0 Lija A.

18-il minuta, risposta ta’ Lija A., xutt ta’ Kabelo Seakanyeng minn barra l-kaxxa wara li dar tajjeb, ballun għoli mil-lasti ta’ Timothy Aquilina. 4 minuti wara Lija A., b’azzjoni oħra, kross mix-xellug t’Erjon Beu, daqqa ta’ ras ta’ Gabriel Borg, ballun ftit barra.

41 minuta, u jibqgħu Lija A., azzjoni sabiħa fejn ballun li jgħaddi lil Jordan Neil Wells max-xellug, fejn Wells jgħaddi lejn Beu, fejn ix-xutt b’saħħtu tiegħu jgħaddi għoli mil-lasti. 45 minuta, pero’ jkunu Gudja li jkollhom xutt sabiħ ferm mix-xellug minn ġol-kaxxa ta’ James Brincat, bil-gowlkeeper ta’ Lija A. Dylan Galea jtajjar il-ballun fuq il-mimduda għal korner.

Tieni taqsima, u Gudja U. 2-0 Lija A. fit-53 minuta, azzjoni korali sabiħa bejn Llywelyn Cremona u Miguel Jimenez, b’Jimenez eventwalment jitfa’ fix-xibka minn ġol-kaxxa fil-baxx.

Fit-72 minuta, Gudja U. jagħmlu t-3 gowl tagħhom, ikun Anderson De Barros li b’kumdita kbira minn ġol-kaxxa jitfa’ fix-xibka, wara kross tajjeb ħafna mil-lemin, Gudja U. 3-0 Lija A.

86 minuta, u Lija A. ikollhom okkażjoni tajba fejn mil-lemin Seakanyeng jgħaddi lejn is-sostitut Andrea Azzopardi li minn barra l-kaxxa jkollu x-xutt tiegħu salvat tajjeb parzjalment minn Timothy Aquilina, bil-Gudja mal-ħin jirnexxilhom jevitaw l-periklu.

Riżultat finali-Gudja U. 3-0 Lija A.

Referee: Slobodan Petrovic

Gudja U. issa jaffrontaw ir-rebbieħ bejn Żebbug R. u Victoria H., fir-raba’ rawnd ta’ The Malta F.A Trophy.

Formazzjonijiet:

Gudja U.-T.Aquilina, J.Farrugia, G.Mensah, A.J Friggieri, J.Brincat, A.De Barros (C), M.Jimenez, L.Cremona, J.A Bolanos, J.Grioli, A.R Miranda 

Lija A.-D.Galea, C.J Cassar, L.Muscat, D.Scerri, E.Beu (C), H.Wood, G.Borg, K.Seakanyeng, C.Giordimaina, C.Gauci, N.J Wells.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Floriana FC…………2 Gżira United FC……1 Floriana kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta f’logħba sabiħa għelbu lil Gżira 2-1. Gzira ddominaw il-logħba fl-ewwel siegħa tagħha, iżda fl-aħħar nofs siegħa Floriana tjiebu ferm…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 SLIEMA W…………………..3 HIBERNIANS……………….1 Sliema Wanderers fetħu l-kampjonat b’rebħa ta’ 3-1 fuq Hibernians. Ftit azzjonijiet u żewġ gowls fl-ewwel taqsima…wara 5 minuti logħob, free-kick dirett li ngħata…

Aktar