Futbol lokali
L-MFPA Awards illejla fid-20:45 fuq TVM2

Illejla edizzjoni oħra tal-MFPA Awards. L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-unuri annwali tal-Malta Football Players Assocation tieħu format virtwali wara li s-sitwazzjoni attwali ma ppermettietx li l-preżentazzjonijiet isiru bil-mod tradizzjonali.

Fost l-awards li se jiġu ppreżentati:

L-Aqwa Plejers żgħażagħ tfajliet u rġiel;

L-Aqwa Kowċ;

L-Aqwa Plejer tal-1 Diviżjoni;

L-Aqwa Referee;

L-MFPA Best Eleven; u

L-unuri prinċipal għall-Aqwa Plejer Mara u l-Aqwa Plejer Raġel tal-istaġun li għadda.

L-edizzjoni 2020 tal-MFPA Awards ser tixxandar illejla fid-20:45 fuq TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA