Futbol internazzjonali
78 mietu bil-COVID-19 wara li attendew logħba taċ-Champions League u ċ-Cheltenham Festival

Il-Ġurnal Sunday Times ta’ Londra illum ippublika rapport tal-kumpanija Edge Health li tanaliżża l-ħidma u l-istatistika tal-NHS, fejn din il-kumpanija ħarġet bil-konklużjoni li l-logħba taċ-Champions League bejn Liverpool u Atletico Madrid kif ukoll il-Festival tat-tiġrijiet taż-Żwiemel ta’ Cheltenham kienu kaġun ta’ diversi imwiet bil-Coronavirus fl-Ingilterra.

Ir-rapport tal-Edge Health jikkonkludi li 41 mewta bil-virus iridu jkunu attribiwiti għal-logħba f’Anfield li saret fil-11 ta’ Maru li għaliha attendew 52,000 persuna li minnhom 3,000 kienu spanjoli.

Ir-rapport għandu riżultat xjentifiku wkoll li 37 mewta bil-COVID-19 imbgħad iridu jkunu attribwiti għall-Festival ta’ Cheltenham li għalih attendew 250,000 spettatur.

Dawn il-konklużjonijiet saru wara li saru l-investigazzjonijiet tal-mejta fothom sar il-contact tracing u li l-familjari kkonfermaw li attendew għal wieħed minn dawn iż-żewġ attivitajiet sportivi.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Inter 6   Brescia 0 Tliet gowls f’kull taqsima taw rebħa kbira ta’ 6-0 lil Inter fuq Brescia. Young poġġa lin-neroazzuri minn fuq wara 5 minuti, u Sanchez minn penalty għamilhom…

Futbol internazzjonali

West Ham 3   Chelsea 2 Rebħa li tista’ tiswa ħafna lil West Ham meta f’darhom għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 3-2. Dan kien skoss qawwi għal Chelsea fil-ġlieda tagħhom għal…

Futbol internazzjonali

Clemens Toennies, chairman ta’ Schalke 04, irriżenja wara 19-il sena fil-kariga. Toennies qal li rriżinja minħabba l-infezzjoni tal-coronavirus li laqtet waħda mill-fabbriki tiegħu tal-laħam u minħabba l-istaġun ħażin ta’ Schalke…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA ssospendiet lil ex uffiċjal tagħha Markus Kattner għal 10 snin u mmultatu miljun frank żvizzeru wara li rriżulta li ħa pagamenti personali f’bonuses mingħand individwi. Fi stqarrija, il-FIFA qalet…

Aktar