Futbol internazzjonali
Euro 2020 – Franza jirbħu Grupp F.. Portugall jgħaddu magħhom wara draw bejniethom

Euro 2020

Grupp F

F’Budapest: Portugall – Franza 2-2

Draw 2-2 ukoll f’Budapest bejn il-Portugall u Franza, dawn tal-aħħar rebħu dan Grupp F.

Riżultat li ukoll jeċċedi passaġġ liż-żewġ naħat għall-fażi li jmiss.

Logħob bilanċjat bejn żewġ superpotenzi sakemm ir-referi tal-partita l-Ispanjol Antonio Mateu Lahoz għażel li jkun protagonista fl-aħħar kwarta tal-ewwel ħamsa u erbgħin minuta meta ordna żewġ penalties, wieħed fuq kull naħa.

Portugall fil-vantaġġ minn penalty ta’ Cristiano Ronaldo fil-wieħed u tletin minuta, draw Franċiż fil-ħin miżjud ukoll minn penalty wara mbuttatura fuq Mbappe, mill-ħdax-il metru kien l-atakkant ta’ Real Madrid Karim Benzema li qabel it-tisfira għal tmiem l-ewwel taqsima għamel l-iskor indaqs, 1-1.

Ftuħ tat-tieni taqsima Franza mill-ewwel fil-vantaġġ, Karim Benzema għeleb in-nasba tal-offside, avvanza u b’xutt fil-baxx għeleb lill-gowlkiper Portugiż Rui Patricio.

2-2 mas-siegħa logħob u l-ħames gowl f’dil-kompetizzjoni għal Cristiano Ronaldo bit-tielet penalty tal-partita wara hands fil-kaxxa tad-difensur Franċiż Jules Kounde.

Skor finali f’Budapest, Portugall tnejn, Franza tnejn.

31′ Cristiano Ronaldo pen. 1-1

45′ +2 Karim Benzema pen. 1-1

49′ Karim Benzema 1-2

60′ Cristiano Ronaldo pen. 2-2

Miktub minn...
Rodney Vassallo