International Sports
Aaron Lennon fi sptar mentali taħt arrest

Aaron Lennon, il-plejer ta’ Everton, inżamm taħt arrest mill-Pulizija fi sptar mentali, il-Ħadd li għadda.

Il-plejer ta’ 30 sena ttieħed l-isptar hekk kif il-Pulizija ta’ Greater Manchester daħlitilha rapport li kien hemm raġel li beda jaġixxi b’mod mhux normali f’Eccles Old Road.

Il-Base Soccer Agency, rappreżentanti ta’ Lennon, fi tweet qalu li fl-aġenzija kulħadd qed jibgħat l-appoġġ lill-plejer u jixtiequlhu fejqan ta’ malajr.

Lennon lagħab 21 partita bil-flokk tal-Ingilterra u lagħab l-aħħar darba bil-flokk ta’ Everton kontra Middlesbrough fil-11 ta’ Frar.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar