Futbol internazzjonali
Aaron Ramsey ser jingħaqad ma’ Juventus fis-sajf li ġej b’kuntratt ta’ ħames snin

Juventus ser jiffirmaw lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Aaron Ramsey mingħand it-tim ta’ Arsenal fis-sajf li ġej. Ramsey m’aċċettax il-kuntratt il-ġdid li offrewlu Arsenal, u Juventus kienu minn tal-ewwel li wrew l-interess tagħhom fil-midfielder minn Wales. Juventus kellhom il-kompetizzjoni mingħand Real Madrid, Bayern Munich u PSG fost l-oħrajn, imma jidher li fl-aħħar ġimgħat il-prospett li jilgħab mat-tim ta’ La Vecchia Signora interessah ħafn’aktar milli jilgħab ma’ timijiet oħra.

Ramsey, li għandu 28 sena, kien ingħaqad m’Arsenal mingħand Cardiff fl-2008, fejn b’kollox s’issa lagħab 252 logħba fil-Kampjonat Premier Ingliż u skorja 52 gowl. Skont il-ġurnal The Guardian, Juventus qegħdin joffru s-somma ta’ €155,000 fil-ġimgħa għal dan il-plejer, jiġifieri €8 miljuni kull staġun. Malli jseħħ dan it-trasferiment, allura Ramsey ikun it-tieni l-aktar plejer imħallas mit-tim minn Turin wara Cristiano Ronaldo.

Għal Juventus dawn kienu negozjati oħra mill-aqwa, meta rnexxilhom jakkwistaw plejer ieħor b’xejn, b’Ramsey issa jingħaqad ma’ plejers bħalma huma Ronaldo, Dybala u Mandzukic. Juventus qegħdin ikomplu jsaħħu l-iskwadra, avolja huma b’saħħithom ħafna fis-Serie A, tant li s’issa diġa’ rebħu seba’ staġuni infila u jidhru resqin lejn rebħ ta’ Scudetto ieħor, meta f’din il-fażi tal-kampjonat jinsabu 9 punti fuq l-eqreb rivali tagħhom, Napoli.

Aaron Ramsey jista’ jkun li ser jieħu post Samir Khedira li mistenni jitlaq lil Juventus fis-sajf li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Ġappun 0  Ċili 4 Iċ-Ċili fetħu l-impenji tagħhom fil-Copa America bl-aħjar mod possibbli meta fl-ewwel logħba minn Grupp Ċ huma għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 4-0. Pulgar fetaħ l-iskor…

Futbol internazzjonali

Serbja U21 0 Awstrija U21 2 Mill-ewwel logħbiet fi Grupp B, l-Awstrija għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu minn Wolf fl-ewwel taqsima u Horvath fit-tieni waħda, b’Jovanovic jitkeċċa għas-Serbi…

Futbol internazzjonali

Niġerja 0 Franza 1 Franza għaddew bil-punti massimi minn Grupp A meta fl-aħħar logħba tal-grupp għelbu lin-Niġerja bl-iskor ta’ 1-0. In-Niġerjani kienu ta’ sfida denja għall-avversarji u sakemm kienu bi…

Tazza tad-Dinja tan-Nisa

Il-Ġermanja u Spanja għaddew għar-Round tas-16 tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tan-Nisa,  waqt li ċ-Ċina jistennew ikunux fost it-timijiet l-aħjar ikklassifikati fit-tielet post, wara li llejla ntemm il-logħob ta’ Grupp B fil-fażi…

Aktar