Futbol lokali
Abdilla u Holland jiddiskutu d-dwell mistenni tal-Ħadd bejn Valletta u Birkirkara

Tkompli l-isfida bejn iż-żewġ leaders tal-kampjonat Floriana u Valletta li se jaffrontaw lil Gudja u lil Birkirkara rispettivament fi tmiem il-ġimgħa.

Forsi l-konfront tal-Ħad dak bejn Valletta u Birkirkara jidher iktar diffiċli għall-Beltin meta kkumparat mal-konfront tas-Sibt li l-Greens għandhom kontra Gudja.

Fi kliem il-kowċ ta’ Valletta Darren Abdilla huma se jaffrontaw il-Ħadd lil Birkirkara li bħalissa għaddejja minn mument tajjeb u għaldaqstant qed jesiġu konċentrazzjoni massima mill-players tiegħu. Abdilla kellu kliem ta’ tifħir lejn l-istaff tekniku tal-Istripes immexxi mill-koppja Paus – Holland u qal li Birkirkara bħat-team tiegħu u l-iktar tiegħu li kelu clean sheats sa issa fl-istaġun 7 b’kollox.

L-Assistant kowċ ta’ Birkirkara Jonathan Holland qal li bħalissa fit-team qed tirrenja s-serenita’ u t-team qed jilgħab b’mod iktar trankwil fatturi li skond Holland qed jgħinu sabie xit-team għaddej minn perjodu pożittiv fejn inkisbu r-riżultati konra t-teams li fl-ewwel round Birkirkara kienu tilfu kontrihom.

Intant il-programm kollu tat-18 -il ġurnta huwa dan:

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20
Is-Sibt – Centenary Stadium
14:00 Santa Lucia – Sirens
16:15 Floriana – Gudja United

Is-Sibt – Hibernians Stadium
14:00 Sliema Wanderers – Tarxien Rainbows
16:00 Hibernians – Mosta

Il-Ħadd – Stadium Nazzjonali
14:00 Balzan – Gżira United
16:00 Valletta – Birkirkara (LIVE fuq TVM2)

It-Tnejn – Stadium Nazzjonali
19:00 Ħamrun Spartans – Senglea Athletic

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella reġa’ rritorna għat-taħriġ tiegħu mill-Ħadd li għadda. Vella sejjaħ skwadra ta’ 30 plejer bi preparazzjoni għall-partiti li t-tim…

Futbol lokali

Il-Player Internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri ser tibda esperjenza ġdida hekk kif hi ngħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio Calcio Femminile. Fl-aħħar staġuni Cuschieri lagħbet ma’ PSV Vrouwen fl-Olanda wara li kellha…

Futbol lokali

Akkwist ġdid għal Gżira Utd. Il-Kolombjan Camilo Escobar sieħeb lill-Maroons fuq kuntratt ta’ sentejn. Id-difensur xellugi ta’ 25 sena l-istaġun li għadda lagħab ma’ Santa Lucia fil-Premier Malti u fil-karriera…

Aktar