International Sports
Aġenzija iktar b’saħħitha kontra d-doping mill-1 ta’ Jannar

Mill-1 ta’ Jannar 2021 l-ITA l-Aġenzija Internazzjonali tat-testing kontra d-doping se tisaħħaħ billi se timpjega xejn inqas minn 11 -il professjonista li qabel kienu jaħdmu mac-CADA ic-Cycling, Anti-Doping Foundation.

Din il-mossa se tkun qed tgħin ferm l-effiċjenza tal-ITA mis-sena d-dieħla.

Is-CADF kienet topera b’mod indipendenti mill-UCI il-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċikliżmu iżda huma ddeċidew li jgħaddu l-operat lill-ITA.

Il-Board tal-UCI qabel ukoll ma’ din id-deċiżjoni fejn suppost għandha tiżdied l-integrita’ f’dan l-Isport.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.