Futbol lokali
AĠĠORNATA – Birkirkara FC jipponta lejn il-Bord tal-Liċenzji.. l-MFA konvinta li l-kriterji ma ntlaħqux

RAPPORT – Rodney Vassallo.. RITRATT – Birkirkara FC

Tkompli tiżviluppa l-istorja wara li TVMSport il-ġimgha filgħodu żvela kif il-klabb ta’ Birkirkara ma ngħatax il-liċenzja tal-UEFA u għalhekk mhux se jkun jista jikkompeti fil-kompetizzjonijiet Ewropej lanqas jekk jikseb dan id-dritt fuq il-pitch.

Dan is-sit tkellem mal-President tal-klabb l-Avukat Adrian Delia li min-naħa tieghu filwaqt li kkonferma li se jesiġi d-dritt li jappella minn din id-deċiżjoni, qalilna li nhar it-Tlieta li għadda 18 ta’ April ġie nfurmat permezz ta’ ittra mill-Bord tal-Liċenzji fi ħdan l-MFA li l-klabb tiegħu ma kienx ser jingħata l-liċenzja tal-UEFA minħabba li ma kienx laħaq il-kriterji stabbiliti mill-istess UEFA.

L-istess ittra kompliet tgħid li dawn in-nuqqasijiet kellhom jiġu ratifikati sa mhux aktar tard minn nofs il-lejl ta’ ġurnata qabel, it-Tnejn 17 ta’ April.

L-Avukat Delia qalilna li kien konfuż kif il-klabb tiegħu rċieva deċiżjoni bħal din mill-Bord tal-Liċenzji (wara direzzjoni mill-UEFA) u ngħata sa ġurnata qabel biex ikunu rranġati n-nuqqasijiet: fi kliemu l-ittra tal-bord ma kinitx qed tagħmel sens minħabba konfużjoni fid-dati.

Fuq in-naħa l-oħra, il-Bord li joħroġ il-Liċenzji għalkemm jaqa taħt il-Malta Football Association jingħata struzzjonijiet diretti mill-UEFA li finalment tkun hi li tiddeċiedi jekk klabb laħaqx jew le r-rekwiżiti biex jingħata din il-liċenzja li tawtoriżżaħ jikkompeti fl-Ewropa fl-istaġun ta’ wara.

Uffiċjal fl-MFA li tkellem ma TVMSport qalilna li bħala klabb li ilu 20 sena konsekuttivi jikkompeti fl-Ewropa u klabb ta’ suċċess fl-aħħar snin f’isem Malta fil-UEFA Europa League, Birkirkara messhom jafu aktar x’inhuma t-talbiet u l-proċeduri biex jingħataw il-liċenzja tal-UEFA.

Fi żviluppi oħra l-klabbs li applikaw u ħarġitilhom il-liċenzja tal-UEFA huma Hibernians, Valletta, Balzan, Floriana, Sliema Wanderers, Tarxien Rainbows u waħda speċjali li għad trid tinħareġ lill-Għawdxin ta’ SK Victoria Wanderers li ukoll għadhom fis-semifinali tal-FA Trophy.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 SLIEMA WDS…….3 BIRKIRKARA…….0 Kemm Sliema Wanderers kif ukoll Birkirkara kienu ġejjin minn telfiet fl-aħħar ħarġa tagħhom fejn il-Blues sfaw mgħeluba minn Tarxien filwaqt li l-Istripes tilfu…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 GŻIRA UTD……….4 ĦAMRUN SP………0 Quddiem attendenza tajba fil ground taċ-ċentinarju, Gzira Utd żammew l-ewwel post u l’unbeaten record tagħhom b’rebħa ta’ 3-0 fuq Ħamrun Spartans, bi…

Futbol lokali

Qormi Hotspurs u San Ġiljan Saints komplew bil-bidu pożittiv meta rebħu t-tieni partita konsekuttiva tagħhom sabiex baqgħu ras imb’ras fl-ewwel post tal-klassifika tat-Tieni Diviżjoni. Wara dan it-tieni rawnd ta’ logħob…

Futbol lokali, Futsal

Il-Komunita’ tal-football speċjalment dik taż-Żurrieq tinsab ixxukjata bil-mewt ħabta u sabta ta’ Leonard Zammit li kien jilgħab ma’ Żurrieq FC u ma’ Kirkop United rispettivament. Hu kien jilgħab ukoll il-Futsal…

Aktar