L-AĦĦAR RITRATTI – Lejliet l-impenn fl-Albanija għat-Tim Nazzjonali Malti

It-Tim Nazzjonali Malti għada fis-6pm ta’ fil-għaxija se jkun fl-azzjoni f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Albanija

Il-kontinġent Malti mmexxi mill-Kap Eżekuttiv Bjorn Vassallo (ritratt mal-masseur Donald Spiteri), tard il-bieraħ wasal fil-kapitali Albaniza Tirana fejn jinsab alloġjat, wara titjira minn Ruma fejn il-kontinġent Malti qatta sitt siegħat f’lukanda lussuża viċin l-ajruport ta’ Fuimicino, qabel telaq lejn l-Albanija.

1979268_665995890128514_1357819263_o

Il-lejla t-Tim Nazzjonali Malti kellu l-unika sessjoni ta’ taħrig fin-Niko Dovana Stadium ta’ Durres (ritratti) fejn se tintlgħab il-partita.

77_big1941345_665995613461875_1525950335_o MALTAB 75982_10151975205021769_605757079_n

Durres (ritratt) hija t-tieni l-ikbar belt fl-Albanija, u tinsab mal-baħar, madwar tliet kwarti bogħod minn Tirana.

Durres

Sadanittant il-kowċ nazzjonali Malti Pietro Ghedin mistenni jagħti spazju lil numru ta’ plejers ġodda li jiffurmaw parti mill-iskwadra għal din il-partita.

Għadu mhux magħruf jekk il-Malti Awstraljan Manny Muscat hux se jibda l-partita jew le fir-ritorn tiegħu fl-iskwadra nazzjonali wara diversi snin.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar