Sparar
Air Pistol: Eleanor Bezzina tirbaħ ir-raba’ kompetizzjoni tal-kampjonat Nazzjonali 2019-2020

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club organizzaw ir-raba’ kompetizzjoni al-kampjonat Nazzjonali 2019-2020 fid-dixxiplina Air Pistol 10m fil-Larry Vella Hall Indoor Range fil-Bidnija. It-tiraturi kellhom 60 tir maqsuma f’sitt settijiet bl-aqwa tmien tiraturi jgħaddu għall-finali.

Fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni Eleanor Bezzina spiċċat fil-quċċata tal-klassifika b’total ta’ 576 punt minn massimu ta’ 600 punt segwita minn Stephen Vassallo b’551 punt u Stephen Cauchi b’546 punt.

Fil-finali Eleanor Bezzina kellha bidu pożittiv li għenha sabiex tirbaħ il-kompetizzjoni. Minkejja li Stephen Vassallo kellu prestazzjoni pożittiva fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni, fir-rawnd finali l-punteġġ reġa’ beda minn zero u b’hekk Stephen Cauchi approfitta mis-sitwazzjoni u għeleb lil Vassallo fl-isfida għat-tieni post.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

It-Tnejn fil-11.30am t-team Nazzjonali Malti jilgħab l-ewwel minn żewġ partiti għall-klassifikazzjoni finali ta’ dan il-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest. F’dik li hi s-semi finali għad-dħul fil-finali għat-13 -il…

Waterpolo

Dawn huma l-kummenti li TVM Sport ħa permezz tal-ġurnalista Antvin Monseigneur immedjatament wara t-relfa ta’ Malta ta’ 26-0 kontra l-Ungerija li kienet l-agħar telfa fl-istorja ta’ dawn il-kampjonati għal Malta…

Aktar