Sparar
Air Pistol: Eleonor Bezzina tirbaħ il-kompetizzjoni tal-Malta Air Rifle & Pistol Shooting Club

Ilbieraħ, l-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club, organiżża ir-raba’ kompetizzjoni mill-League Nazzjonali 2020-2021 fid-dixxiplina tal-10m Air Pistol, fil-Larry Vella Indoor Range ġewwa l-Bidnija.

It-tiraturi kellhom jisparaw 6 settijiet ta’ 10 tiri, għal total ta’ 60 tir kull wieħed, f’massimu ta’ sigħa u kwart.

L-aħjar tmien tiratur kkwalifikaw għall-finali fejn massimu ta’ 24 tir jiġu sparati, bl-eliminazzjoni tibda wara t-tnax-il tir.

Eleonor Bezzina rebħet il-kompetizzjoni.

Il-kompetizzjoni li jmiss hija s-Sibt, 5 ta’ Diċembru, fit-3:00pm.

Miktub minn...
TVM Sport