Futbol lokali
Akkwist kbir għal Hamrun Spartans: Jintlaħaq ftehim ma’ Sebastian Nayar

Sebastian Nayar, l-ex plejer ta’ Floriana, mil-lum sar plejer ta’ Hamrun Spartans.

Sorsi ta’ TVM Sport jikkonfermaw b’ċertezza li fl-aħħar sigħat, il-kowċ Giovanni Tedesco irnexxielhu jikkonvinċi lill-ex plejer tiegħu biex jingħaqad mal-proġett Ħamruniż li fi kliem il-klabb stess, irid iwassal għal skwadra ta’ kwalità li fi ftit snin tisfida għall-unuri.

Hamrun Spartans se jkunu qed iħallsu ċifra ta’ parametri lil Floriana għal kuntratt ta’ sentejn.

Nayar twieled fi Buenos Aires, fl-Arġentina u għandu 30 sena u hu midfielder ta’ kwalità għolja ħafna.

Fl-aħħar staġuni, Nayar, kien fost l-aqwa barranin li lagħab fil-Kampjonat BOV Premier.

Fil-karriera tiegħu, Nayar lagħab ma’ diversi timijiet importanti bħal Boca Juniors, Recreativo Huelva, Deportivo Cali u Lincoln City.

Sebastian Nayar jasal f’pajjiżna t-Tlieta li ġej.

Għal Hamrun Spartans, dan hu akkwist ieħor ġdid wara dak ta’ Conor Borg, it-Taljan Pietro Viggiani u l-gowlkiper Manuel Bartolo.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: Fl-Okażjoni tal-128 sena mit-twaqqif tal-Club tal-Football ta’ St Georgess il-Kumitat preżenti ħaseb biex jfakkar din is-sena bil-kxief ta’ plakka kommemorattiva. Fi ħdan il-Club ta’ St Georges għad hemm…

Futbol lokali

GFA BOV GFL l-1 Diviżjoni SK Victoria Wanderers – Gharb Rangers FC 1-0 78’ (1-0) penalty Predrag Dordevic Kercem Ajax FC – Xewkija Tigers FC 1-1 6’ (1-0) Felipe Augusto…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Gżira United…….3 Mosta …………….3 Għall din il-partita Gżira kienu mingħajr 3 players importanti fit–tim, Amadou Samb imweġġa’,  Haruna Garba u Juan Corbolan sospiżi. Wara 10 minuti…

Futbol lokali

IASC  KAMPJONAT 2018/19 L-1 DIVIŻJONI Floriana Ajax  –   Burmarrad AFC   1-4 Zejtun Red Stars  –   Senglea Youngsters  1-1 Marsa Trinity   –  Cospicua Dynamos    2-1  

Aktar