Futbol internazzjonali
Aktar taħriġ għall-Ingliżi hekk kif il-logħba mal-Kolombja tinsab aktar viċin

Sessjoni oħra ta’ taħriġ għat-Team Nazzjonali Ngliż hekk kif il-logħba mill-aħħar sittax kontra l-Kolumbja qiegħda dejjem toqrob.

Wara li straħu fit-telfa mal-Belġju players bħal Harry Kane, Raheem Sterling u Dele Alli kollha mistennija jirritornaw.

Magħhom lura fl-ewwel ħdax anke Jesse Lingard li fil-konferenza stampa tal-Ħadd qal li t-team jinsab wara l-kowċ Gareth Southgate fid-deċiżjonijiet tiegħu, ħabbar ukoll li ma jiddejjaqx ikun wieħed mill-penalty takers fl-eventwalita li l-logħba tibqa’ sejra wara l-ħin barrani.

L-iskwadra Ngliża trenjat fil-kumpless ta’ Repino b’Ruben Loftus-Cheek u Fabian Delph l-uniku tnejn nieqsa minn din is-sessjoni.

Loftus-Cheek li beda tnejn minn tliet logħbiet sa issa għall-Ingilterra kellu sessjoni fiżika apparti mill-kumplament tal-iskwadra, min-naħa tiegħu Fabian Delph ilu mil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-ġimgħa lura pajjiżu biex ikun preżenti viċin marthu għat-tielet wild tal-familja Delph.

John Stones trenja b’sieq infaxxata madankollu m’hemm l-ebda allarm bid-difensur ta’ Manchester City li mistenni jkun lura b’mod normali fil-formazzjoni inizjali nhar it-Tlieta fit-tmienja għall-partita kontra l-Kolombja.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar