Tennis
Alex Degabriele jirbaħ id-doubles tat-Tennis Europe 16 & Under fil-Marsa

Alex Degabriele wieħed mill-plejers l-aktar prometenti fl-isport tat-tennis f’Malta, rebaħ id-doubles final fit-tournament organizzat mit-Tennis Europe li ntlaghab fil-Marsa Sports Club.

Alex Degabriele lagħab dan it-tournament ma’ Theodoros Mitsakos tal-Grecja u fil-final huma għelbu r-resistenza tal-koppja mis-Serbja magħmula minn Zoran Ludoski u Aleksa Pisaric bi
score finali ta’ 6-2, 4-6, 10-8. Il-koppja Malta-Griega wasslet sal-finali mingħajr ma waqqgħet set iżda fil-finali kellha taqtiha kbira biex għelbet il-koppja Serba.

Din kienet it-tieni final fid-doubles għaż-żagħżugħ Malti ta’ ħmistax -il sena li aktar kmieni fis-sena kien il-finalist f’tournament fil-Greċja. Din id-darba it-tennista Malti mar waħda aħjar u spiċċa rebbieħ, biex issa b’kollox għandu 4 rebħiet fil-program tat-Tennis Europe.

Alex Degabriele jifforma parti fi ħdan l-Asciak Tennis Academy, l-akkademia ewlenija f’Malta taħt il-gwida tal-kowċ Matthew Asciak u jsegwi programm ta’ fitness mal-preparatur Dan
Lake fi ħdan l-FNX Fitness & Performance.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Rafael Nadal qal li min jirbaħ l-Open tal-Istati Uniti xorta waħda ghandu jħossu rebbieħ ta’ Grand Slam anki jekk l-edizzjoni ta’ din is-sena se jkun hemm diversi tennisti nieqsa. Nadal…

Tennis

Kważi ħames xhur wara li t-tennis kien sospiż minħabba l-pandemija tal-Covid-19, Donna Vekic kienet l-ewwel tennista li rebħet logħba professjonali fir-ritorn ta’ dan l-isport meta għelbet lil Arantxa Rus 6-1…

Tennis

Tennis: Iż-żewġ tfajliet żgħar li waqt il-lockdown fl-Italja għamlu ‘twelve shot’ rally mill-bjut tal-familji rispettivi tagħhom fir-Reġjun tal-Liguria kellhom sorpriża kbira hekk kif it-tennista Roger Federer mar iżurhom appuntu f’darhom….

Tennis

Is-seed numru wieħed fit-tennis femminili rtirat mill-Open tal-Istati Uniti. Din kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-organizzaturi li mhux ser ikollhom l-aqwa tennista tikkompeti bejn il-31 t’Awwissu u t-13 ta’ Settembru…

Aktar