Futbol lokali
Alex Satariano jingħaqad ma’ Frosinone fis-Serie B

Il-klabb Taljan tas-Serie B Frosinone Calcio illum ħabbru b’mod uffiċċjali li ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Alex Satariano ssieħeb magħhom. Huwa ffirma kuntratt ta’ tliet snin sas-sena 2024.

Satariano, huwa prodott ta’ Luxol St.Andrews iżda fl-aħħar żewġ staġuni lagħab fil-Kampjonat Premier ma’ Sliema Wanderers.

Minkejja ta’ eta żgħira Satariano kiseb post mat-tim nazzjonali Malti immexxi minn Devis Mangia fejn s’issa diġa lagħab disa’ logħbiet. Huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Malta fid-draw ta’ 2-2 kontra l-Islovakkja, partita valida mill-Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022.

Frosinone huma mmexxija mill-ex player tat-tim nazzjonali Taljan, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006 Fabio Grosso.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League