Sports Internazzjonali
Alex Thompson jirtira mill-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Vendée Globe

Iburdjar: Il-Baħħar Alex Thompson ħabbar li kien qed jirtira mill-edizzjoni ta’ din is-sena tat-tellieqa internazzjonali single handed Vendée Globe dan wara li l-Jott teigħu Hugo Boss kellu problemi fl-istarboard rudder. Wara xi siegħat jipprova jsuq b’rudder wieħed itteħdet id-deċiżjoni mit-team tiegħu li hu jirtira mit-tellieqa sabiex jevita konsegwenzi kemm għall-Jott u anke għal saħtu.

Issa Thompson beda t-triq twil lura għal Cape Town. L-Inċident seħħ fid-19 -il ġurnata ta’ din it-tellieqa li hi dawra mad-Dinja li bdiet fit-8 ta’ Novembru mill-kosta Franċiża.

Hu se jieħu madwar sebat ijiem biex jasal Cape Town.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.