
Motorsport
Alex Zanardi se jittieħed fl-isptar San Raffaele ta’ Milan
Alex Zanardi se jkun trasferiet fl-isptar San Raffaele ta’ Milan minħabba l-kundizzjoni kritika li għadu jinsab fiha.
Zanardi se jkun fis-sezzjoni tat-terapija intensiva.
Din l-aħbar taha Caludio Zanon, id-Direttur tal-isptar.
Madankollu, Zanon qal li ma kienx se jagħti aktar kummenti u informazzjoni.
L-atleta Paraolimpiku, kien ittieħed fiċ-Ċentru Rijabbilittiv ta’ Lecchese wara l-inċident gravi li sofra bil-handbike.
Il-kundizzjoni ta’ Zanardi għadha deskritta bħala waħda gravi u serja.