Futbol internazzjonali
Alexander Zverev jingħata flokk ta’ Bayern Munich wara s-suċċess li kellu fl-Olimpjadi

Iċ-champion olimpiku tat-tennis, Alexander Zverev, ingħata flokk tat-tim favorit tiegħu, Bayern Munich. Zverev kien mistieden speċjali għal-logħba t’esebizzjoni bejn diversi plejers ta’ Bayern, kemm tal-preżent u anke tal-passat.

Nhar il-Ħadd li għadda, Alexander Zverev sar l-ewwel Ġermaniż li rebaħ midalja tad-deheb f’Olimpjadi fit-tennis, wara li għeleb lir-Russu Karen Khachanov 6-3, 6-1.

Il-captain u goalkeeper ta’ Bayern Munich, Manuel Neuer, ta l-flokk personalizzat lit-tennist, u fil-logħba li segwiet għal ftit ma rnexxilux jiskorja.

Fost il-mistiedna biex jieħdu sehem f’din il-logħba t’esebizzjoni kien hemm Franck Ribery u Roy Makaay. Bayern Munich ser jiddefendu d-disa’ titli mirbuħa infila għal staġun ieħor li jibda nhar il-Ġimgħa 13 t’Awwissu. L-ewwel logħba ser tkun barra minn darhom kontra Borussia Moenchengladbach.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA