Tennis
Alexander Zverev, Stefanos Tsitsipas u Cameron Norrie jgħaddu għar-rawnd li jmiss fi Vjenna

Il-Ġermaniż Alexander Zverev għamilha għar-Round tas-16 fl-Open ta’ Vjenna meta elimina lil Filip Krajinovic 6-2, 7-5. B’hekk Zverev rebaħ 21 mill-aħħar 23 logħba li lagħab, u ilu ma jitlef sa minn Tokjo fejn rebaħ il-midalja tad-deheb. Issa ser jiltaqa’ kontra l-Awstraljan Alex de Minaur.

Jgħaddi wkoll il-Grieg Stefanos Tsitsipas li elimina lill-Bulgaru Grigor Dimitrov. Tsitsipas rebaħ f’żewġ sets, 7-6, 6-4.

Jgħaddi wkoll Cameron Norrie li elimina lil Marton Fucsovics, li issa ser jiltaqa’ mal-Kanadiż Felix Auger-Aliassime.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA