Tennis
Alexander Zverev, Taylor Fritz u Stefanos Tsitsipas fil-kwartifinali tal-Open t’Indian Wells

Il-Ġermaniż Alexander Zverev għadda għall-kwartifinali tal-Open t’Indian Wells meta elimina lil Gael Monfils f’żewġ sets. Is-seed numru tlieta rebaħ 6-1, 6-3 fi ftit aktar minn siegħa, biss issa jaffaċċja lill-Amerikan Taylor Fritz fil-fażi li jmiss.

L-Amerikan Fritz elimina lit-Taljan Jannik Sinner f’żewġ sets 6-4, 6-3.

Is-seed numru tejn Stefanos Tsitsipas kellu bżonn tliet sets biex jgħaddi għall-kwartifinali u jelimina lil Alex de Minaur. Tstitsipas tilef l-ewwel sett 6-7, imma rebaħ it-tnejn ta’ wara 7-6, 6-2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA