Futbol internazzjonali
Allegri ser jitlaq lil Juventus

Iċ-Champions Taljani Juventus ħabbru fuq is-sit uffiċjali tagħhom li Massimiliano Allegri mhux se jibqa’ fit-tmexxija hekk kif jintemm dan l-istaġun . F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-aktar wara l-eliminazzjoni tal-Bianconeri minn Ajax mill-Uefa Champions League l-ispekulazzjoni dwar il-futur ta’ Allegri kompliet tiżdied.

Matul dawn il-ġranet kien hemm diversi laqgħat bejn iż-żewġ naħat fejn jidher li l-idejat kienu differenti. Għada wara nofs in-nhar il-President Andrea Agnelli u Massimiliano Allegri mistennija jindirizzaw lill-media.

Allegri mexxa lit-tim għar-rebħ ta’ ħames kampjonati, erba’ Coppa Italia u darbtejn is-Supercoppa Taljana. Taħt it-tmexxija tiegħu għal dawn l-aħħar ħames snin, Juventus waslu darbtejn sal-finali tal-UEFA Champions League iżda ħarġu telliefa fiż-żewġ okkażjonijiet.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta u Inter irnexxilhom jieħu l-aħħar żewġ postijiet għall-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej filwaqt li Milan baqgħu b’xiber imnieħer. Wara li kmieni waranofsinhar Torino għelbu lil Lazio 3-1, u…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofs in-nhar minn Grupp B il-Ġappun għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 3-0. Taisei Miyashiro fetaħ l-iskor fil-21 minuta biex fit-tieni taqsima l-Ġappun skurjaw darbtejn oħra minn Kyosuke Tagawa fit-52…

Futbol internazzjonali

Charlton ġew promossi għaċ-Championship wara li f’Wembley Stadium llum wara nofs in-nhar fil-play off għall-promozzjoni huma għelbu lil Sunderland bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Sunderland li fetħu l-iskor minn auto goal…

Futbol internazzjonali

Il-players ta’ Bayern Munich iċċelebraw ir-rebħ tad-double bi pranzu kbir is-Sibt filgħaxija. Iċ-Champions Bayern għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 3-0 fil-finali tat-Tazza Ġermaniża aktar kmieni s-Sibt. Il-gowls ta’ Bayern waslu…

Aktar