Sports Internazzjonali
Alonso jirbaħ it-tellieqa Le Mans fuq karozza Toyota

Karozzi – It-tim tat-Toyota temm snin twal ta’ stennija, meta fl-aħħar rebħu t-tellieqa ta’ Le Mans, li ddum għaddejja 24 siegħa, u dan għamluh bi stil. Kien id-darbtejn ċampjin tal-Formula 1 Fernando Alonso li ħareġ rebbieħ fuq il-karozza Toyota u allura issa dan is-sewwieq Spanjol jinsab pass biss ‘il bogħod milli jirbaħ it-tlett unuri li dan l-isport iġib miegħu, fejn s’issa rebaħ il-Formula 1 u Le Mans, imma fadallu l-Indianapolis 500.

L-ewwel żewġ karozzi li daħlu kienu t-tnejn Toyota, xi ħaġa li ilha ma sseħħ sa mill-1991, meta dakinhar, kumpanija oħra, il-Mazda, irnexxilhom jagħmlu d-double f’Le Mans.

Alonso, flimkien ma’ Buemi u Nakajima, tellqu għal 24 siegħa sabiex fl-aħħar battuti kien Alonso li saq il-karozza sal-bandiera finali. Fl-aħħar minuti t-tensjoni kienet kbira ħafna fil-kamp Toyota, bis-sewwieq Nakajima jiftakar f’dak li ġralu sentejn ilu meta fl-aħħar ħames minuti l-karozza li kien qed isuq naqqset il-veloċita’ u waqfet għal kollox.

Il-karozza Rebellion R13 daħlet fit-tielet post, f’tellieqa fejn it-Toyota t’Alonso u t-tim tiegħu kienet fit-tieni post, u kien grazzi għas-sewwieq Spanjol li rnexxielu jieħu l-ewwel post minn fuq ir-rivali li kienu qegħdin isuqu l-istess karozza Toyota.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skont l-eks President tal-Ferrari, Luca di Montezemelo, li kieku Lewis Hamilton kien qiegħed isuq mal-Ferrari, allura l-Kampjonat tal-Kostrutturi tal-2018 kienet tirbħu l-iScuderia. Filwaqt li qal li l-Brittaniku kien ħaqqu li…

Sports Internazzjonali

Illum intefgħu żewġ nomini, waħda ta’ Stokkolma u l-oħra konġunta bejn il-bliet ta’ Milan u Cortina D’Ampezzo sabiex jospitaw l-Olimpjadi tax-Xitwa 2026. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kważi għaddej minn kriżi wara…

Formula 1

Żgur li s-segwaċi tal-Formula 1 jiftakru meta ftit tas-snin ilu, l-aħwa Schumacher kienu jtellqu ma’ timijiet differenti. Kien evidenti li Ralf Schumacher ma kienx tajjeb daqs ħuh Michael, imma l-Ġermaniż…

Sports Internazzjonali

Is-sewwieqa Ġermaniża ta’ Formula 3, Sophia Floersch, qalet li tirringrazzja lil Alla li baqgħet ħajja wara l-inċident gravi li kellha fil-Grand Prix ta’ Macau. It-tobba tal-isptar San Januario f’Macau qalu…

Aktar