Futbol internazzjonali
Amadou Samb allegatament vittma ta’ razziżmu fil-partita ta’ Gżira ma’ Ventspils
L-inċident irrappurtat lill-UEFA

TVMSport hu nfurmat li Gżira Utd kitbu uffiċjalment lil UEFA biex jirrappurtaw każ ta’ tagħjir razzista fil-konfront tal-player Senegaliż tagħhom Amadou Samb.

Fil-każ huwa allegatament involut il-goalkeeper ta’ Ventspils Kostyantyn Makhnovskyi, li tkeċċa fi tmiem il-logħba. Anke Samb tkeċċa wara l-logħba, minkejja li huwa kien ġie sostitwit fit-80 minuta wara li kien beda mal-ewwel ħdax ta’ Gżira. Samb u l-goalkeeper li huwa Ukren intwerew il-karta l-ħamra mir-referee meta jidher li nqalgħu battibekki bejn iż-żewġ settijiet ta’ players huma u ħerġin mill-ground.

Il-president ta’ Gżira Utd Sharlon Pace ikkonferma ma’ TVMSport li l-club ġie kkuntattjat minn Ventspils biex iħalli l-inċident għaddej: imma fil-fatt l-ittra intbagħtet u l-club diġà rċieva acknowledgement mill-UEFA.

Samb għadu kif irritorna għal logħob wara li kien ilu xhur barra mweġġa’.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane….

Futbol internazzjonali

L-ex plejer professjonali Olandiż Kelvin Maynard inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar meta żewġ persuni fuq mutur għaddew minn mal-karozza tiegħu sparaw tiri li laqtuh u ħallewh tal-post. Maynard hu ex…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino għal darb’oħra reġa’ ħeġġeġ lill-Iran sabiex in-nisa jitħallew jidħol fl-istadiums sabiex isegwu l-futbol. Dan l-appell mingħand Infantino wasal ftit tal-jiem qabel mal-Iran jilqgħu f’darhom lill-Cambodia, u…

Futbol internazzjonali

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20 MATCH DAY 1 – Il-Logħbiet tad-9pm Grupp G FC Porto 2 – 1 Young Boys Rangers – 1 – 0 Feyenoord Grupp H RCD Espanyol 1…

Aktar