Boxing
Eks Champion Olimpiku fil-boxing huwa s-Segretarju Ġenerali ġdid tal-AIBA

L-AIBA il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Amateur Boxing għandha Segretarju Ġenerali ġdid dan huwa l-eks Champion Ungeriż u eks Champion Olimpiku f’Atlanta tal-1996 Istvan Kovács.

Kovacs kien rebaħ il-midalja tad-deheb f’Atlanta fil-kategorija bantamweight. Hu se jkun qed jassisti fl-amministrazzjoni tal-AIBA lill-President il-ġdid ukoll ir-Russu Umar Kremlev.

L-AIBA bħalissa qed tgħaddi minn riformi kbar fl-amministrazzjoni tagħha wara s-sospensjonijiet li ġew imposta fuqha fost oħrajn mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fuq ksur ta’ regolamenti u allegazzjonijet ta’ tixħim for il-ġurija tal-aħħar Olimpijadi ta’ Rio.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.