Futbol lokali
Amateur National League: Melita ma jfallux kontra Kirkop Utd

Amateur National League  League C 

Melita………………3

Kirkop……………..0

Luxol Stadium

Melita baqgħu b’punti massimi minn 5 partiti wara li għelbu lil Kirkop bil-goals jasslu kmieni f’kull taqsima. 

Bidu mill-aqwa għall-Melita fejn wara biss tlett minuti logħob Terpougoff jixħet cross lejn in-nofs u mill-viċin Rizzo jixħet fix-xibka għall-1-0. 4 minuti biss wara u Melita jirduppjaw, fotocopja tal-ewwel goal assist ieħor ta’Terpougoff din id-darba jkun Luke Mifsud mill-viċin jagħmilhom 2-0, biex hekk intemmet l-ewwel taqsima. 

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima throughball ta’ Aiden Mizzi lejn Terpougoff li jixħet cross iehor u mill-viċin Mifsud jiskorja doppjetta personali u t-tielet goal għall-Melita, biex hekk baqa’ l-iskor sat-tmiem. 

Referee: Shaun Calleja.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.