Futbol internazzjonali
Ancelotti jitkeċċa minn kowċ ta’ Bayern Munich

Carlo Ancelotti, kowċ ta’ Bayern Munich, tkeċċa mill-kariga ftit tal-ħin ilu.

Jidher li Bayern Munich ħadu din id-deċiżjoni kbira wara t-telfa tal-bieraħ kontra Paris St Germain.

Din kienet it-tieni telfa wara l-oħra wara dik kontra Hoffenheim fil-Bundesliga, fi tmiem il-ġimgħa.

L-aħbar kienet fl-arja fl-aħħar jiem speċjalment fil-Ġermanja fejn il-gazzetti lokali kienu ilhom jiem jispekulaw min se jkun is-suċċessur tiegħu.

Karl-Heinz Rummenigge, il-President tal-klabb, ikkonferma l-aħbar.

Miktub minn...
TVM Sport