Futbol lokali
Andre’ Schembri jinħatar kowċ tal-U15 ta’ Apollon Limassol

L-ex plejer internazzjonali Malti Andre’ Schembri nħatar kowċ tat-tim ta’ taħt il-15-il sena ta’ Apollon Limassol.

Apollon Limassol hu t-tim li Schembri lagħab miegħu bħala plejer professjonali f’Ċipru bejn l-2017 u l-2019.

Magħhom irnexxielu jilgħab fil-gruppi tal-UEFA Europa League u anki skurja kontra Atalanta.

Mal-klabb Ċiprijott, Schembri rebaħ ukoll is-Super Cup tal-pajjiż.

Schembri temm il-karriera bħala plejer fl-14 ta’ Marzu li għadda fil-kampjonat Indjan ma’ Chennaiyin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-bord tal-liċenzi tal-MFA ikkonferma d-deċiżjoni li Floriana jirrappreżentaw lil Malta fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej. Il-konferma tħabbret f’laqgħa tal-kunsill tal-Malta Football Association illejla, bil-president tal-assoċjazzjoni Bjorn Vassallo jgħid li…

Futbol lokali

It-Taljan Gaetano Farruggio nħatar Direttur Tekniku ta’ Sliema Wanderers FC. Fi stqarrija, Sliema Wanderers FC għamlu din l-aħbar uffiċjali. Farruggio ħadem mal-kowċ Giovanni Tedesco fl-istaġun 2018/19 ma’ Hamrun Spartans FC….

Futbol lokali

Floriana FC se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Dan wara li fil-Kunsill tal-MFA tal-lum tħabbar li l-Bord tal-Liċenzji kkonferma l-ħruġ tal-liċenzja tagħhom. Floriana FC…

Futbol lokali

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret l-istadium nazzjonali u l-kumpless sportiv tal-Malta Football Association f’Ta’ Qali fuq stedina tal-istess MFA. F’din iż-żjara, saret laqgħa fejn fiha ġew…

Aktar