Motorsport
Andre Villas-Boas itellaq fir-rally tal-Portugall

Il-kowċ tal-futbol Andre Villas-Boas wettaq waħda mill-ħolmiet ta’ ħajtu, li jtellaq f’rally.

Villas-Boas ħa sehem fil-Kampjonat Dinji tar-Rally fil-Portugall, meta saq Citroen C3 fit-tielet kategorija ta’ tlielaq magħrufa bħala WRC3.

Il-Portugiż Villas-Boas fil-preżent jinsab bla xogħol wara li f’Marzu li għadda l-kuntratt li kellu ma’ Marseille kien ikkanċellat. Minn hemmhekk, il-kowċ ta’ 43 sena ma qagħadx jitgħażżen u pprova xi ħaġa li kien ilu jistenniha sa minn meta kien għadu tifel. L-imħabba lejn il-karozzi nibtet minn meta missieru kien jieħdu jara t-tlielaq tal-Formula 1, filwaqt li zijuh kien jikkompeti fir-Rally ta’ Dakar.

L-ewwel rally għal Villas-Boas ma marritx daqshekk ħażin, għaliex spiċċa fit-12-il post minn 25 sewwieq.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA