Futbol internazzjonali
Andrei Agius u Bjorn Kristensen imsejħa lura fl-iskwadra tat-tim Nazzjonali
Henry Bonello disponibbli wkoll hekk kif qed jirkupra sew.

Id-difensur ta’ Hibernians Andrei Agius reġa’ sab postu lura fl-iskwadra nazzjonali hekk kif il-kowċ Devis Mangia għażel skwadra proviżorja ta’ 30 plejer għall-aħħar żewġ logħbiet tat-team nazzjonali Malti. L-aħħar żewġ logħbiet tal-Grupp H ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 se jkunu t-tnejn li huma home f’Ta’ Qali; l-Ħamis 11 ta’ Novembru kontra l-Kroazja u l-Ħadd 14 ta’ Novembru kontra s-Slovakkja.

Ma’ Agius isejjaħ ukoll lura Bjorn Kristensen iżda Ferdinando Apap mhux inkluż fl-iskwadra. L-esklużjoni ta’ Andrei Agius u Bjorn Kristensen minħabba passi dixxiplinari relatati mas-sospensjoni tagħhom fil-Uefa Conference League ma’ Hibernians kienet ġabet magħha kiritika kbira fil-konfront ta’ Mangia kemm mill-media lokali, esponenti fil-futbol f’pajjiżna u anke mill-publiku nġenerali.

L-Iskwadra imsejħa hija din:

Goalkeeeprs
Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC); Cain Formosa (San Gwann FC); Jake Galea (Balzan FC); Matthew Grech (Pembroke Athleta FC)

Difensuri
Andrei Agius (Hibernians); Jean Borg (Valletta FC); James Brown (St. Johnstone FC – SCO), Triston Caruana (Valletta FC); Karl Micallef (Ħamrun Spartans FC); Zach Muscat (Casa Pia – POR); Enrico Pepe (BirkirkaraFC); Kurt Shaw (Sliema Wanderers FC)

Midfielders
Cain Attard (Birkirkara FC); Ryan Camenzuli (Floriana FC); Juan Carlos Corbolan (Hamrun Spartans FC); Matthew Guillaumier (Hamrun Spartans FC); Bjorn Kristensen (Hibernians FC); Adam Magri Overend (Floriana FC); Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans FC); Steven Pisani (Gżira United FC); Nevin Portelli (Gżira United FC); Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise- BE); Dunstan Vella (Hibernians FC)

Attakkanti
Jurgen Degabriele (Hibernians FC); Shaun Dimech (Valletta FC); Luke Gambin (Hamrun Spartans FC); Jake Grech (Hibernians FC); Paul Mbong (Birkirkara FC); Luke Montebello (Birkirkara FC); Alexander Satariano (Frosinone Calcio- ITA)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.