Motorsport
Andretti United jirbħu l-finali tal-Extreme-E għall-ewwel darba

Il-koppja Timmy Hansen u Catie Cummings ta’ Andretti United rebħu l-finali tal-Extreme-E Arctic X-Prix fi Kangerlussuaq, Greenland.

Id-dwell bejn Andretti United u l-karozza RXR ta’ Nico Rosberg kien ilu għaddej matul il-finali, bil-karozza aħħarija tnaqqas minħabba problemi li nqalgħu wara li niżlet bis-saħħa. Il-karozza RXR kienet misjuqa mill-koppja Johan Kristoffersson u Molly Taylor.

Fit-tieni post temm it-tim ta’ Jenson Button, JBXE, filwaqt li t-tim Acciona-Sainz temmew fit-tielet post u għall-ewwel darba telgħu fuq il-podju.

It-tellieqa li jmiss tal-Extreme-E issa ser tkun f’Sardinja, l-Italja bejn it-23 u l-24 t’Ottubru li ġej.

Din it-tellieqa ntweriet diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA