Olimpijadi TOKYO 2020
Andrew Chetcuti jispiċċa t-tieni fil-heat tiegħu tal-100m freestyle imma ma jagħmiliex għas-semifinali

L-għawwiem Malti Andrew Chetcuti ħa sehem fit-tielet heat tal-100m freestyle fejn spiċċa fit-tieni post b’ħin ta’ 51.47 sekondi. Għalkemm Chetcuti kien tajjeb fil-heat tiegħu, dan xorta ma kienx biżżejjed biex jgħaddi għas-semifinali tal-kompetizzjoni.

L-aħjar 16-il għawwiem fid-9 heats li saru għaddew għas-semifinali. Din kienet l-uniku tellieqa li kellu jieħu sehem fiha Andrew Chetcuti, biex b’hekk fadal tidħol biss fl-azzjoni l-atleta Carla Scicluna.

Għal Chetcuti din kienet it-tielet edizzjoni konsekuttiva t’Olimpjadi li ħa sehem fiha.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA