Futbol lokali
Andrew Mizzi jiskorja doppjetta fir-rebħa ta’ Kerċem Ajax fuq Oratory Youths

GFA BOV GFL tal-Ewwel Diviżjoni

Oratory Youths FC  2-3  Kerċem Ajax FC

Kerċem Ajax rebħu bil-gowl farrad minn ħamsa meta għelbu lil Oratory Youths 3-2 fil-Gozo Stadium.

Mill-ewwel minuti deher li ser ikun konfront missielet ħafna, bl-Oratory imorru minn fuq wara biss 4 minuti bil-penalty ta’ Pablo Vinicius De Moraes Ferreira. Oratory żammew il-vantaġġ għal ħames minuti biss għax fid-9 minuta Andrew Mizzi ġab id-draw għal Kerċem.

It-tieni taqsima bdiet bl-iebes għall-Ajax għaliex fis-47 minuta Luis Henrique Santana Motta ntbagħat fid-dressing room wara l-karta ħamra tar-referee Portelli. Bi plejer aktar l-Oratory ħadu l-vantaġġ mhux biss numeriku ta’ plejers, imma anke ta’ gowls meta fl-48 minuta Rodrigo Ost Dos Santos għamilhom 2-1. Kerċem wettqu reazzjoni u avolja b’inferjorità numerika ġabu d-draw fl-64 minuta permezz ta’ Sebastien Martinez Turizo. Il-gowl tar-rebħa għal Kerċem wasal minn Andrew Mizzi fis-86 minuta, biex għalaq il-logħba 3-2 u skorja doppjetta personali.

Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referee Jason Portelli.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA