Boxing
FILMAT: Anthony Joshua jirbaħ it-titlu WBO bil-punti

Il-Boxer Brittaniku Anthony Joshua rebaħ il-ġlieda tant mistennija kontra Joseph Parker li saret f’Cardiff f’Wales is-Sibt tard filgħaxija.

Joshua irnexxielu jirbaħ dan il-konfront ferm bilanċjat permezz tal-punti b’deċiżjoni unanima wara tnax -il round.

Il-ġlieda kienet għat-titlu WBO li issa dan iċ-ċintorin jiżdied mat-titli preċedenti li rebaħ dan il-boxer fosthom l-IBF u WBA ‘super’ titles.

Fil-Principality Stadium ta’ Cardiff iż-żewġ boxers taw battikata lil xulxin bil-boxer Joseph Parker minkejja li ma’ rebaħx jista’ jgħid li żamm lil Joshua milli jinnokjah.

Żewġ judges taw-riżultat ta’ 118-110, favur Joshua filwaqt li t-tielet judge ta’ punteġġ ukoll favur Joshua ta’ 119-109.

Joshua kien ilu għal dawn l-aħħar 20 ġlieda jirbaħ permezz ta’ Knock Outs iżda xorta irnexxielu jirbaħ din il 21 ġlieda professjonali tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport
.