Boxing
Anthony Joshua ser jiġġieled kontra Oleksandr Usyk f’Settembru li ġej

Il-ġellied Anthony Joshua ser jiddefendi t-titli tal-heavyweight bi ġlieda kontra ċ-champion olimpiku Oleksandr Usyk fl-Istadium ta’ Tottenham Hotspur f’Settembru li ġej.

L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Boxing ordnat lil Joshua sabiex jiddefendi t-titli mirbuħa kontra Usyk wara li l-ġlieda kontra Tyson Fury ġiet ikkanċellata għax tal-aħħar kellu ordni biex jiġġieled kontra Deontay Wilder.

Anthony Joshua li għandu 31 sena kien mistenni jiġġieled kontra Fury f’Awwissu li ġej fl-Arabja Sawdija, imma l-Brittaniku ser jaffaċċja lil Wilder fid-9 t’Ottubru [email protected] Vegas.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA