Futbol internazzjonali
Antoine Griezmann mistenni jkun plejer ta’ Barcelona

Hemm possibiltà kbira li kmieni l-ġimgħa d-dieħla Barcelona jippreżentaw lill-akkwist il-ġdid tagħhom, Antoine Griezmann. Sal-lum il-Franċiż għadu fuq il-kotba t’Atlético Madrid wara li lejn tmiem l-istaġun li għadda huwa kien żvela li kellu fil-ħsieb jitlaq lit-tim minn Madrid sabiex jingħaqad ma’ tim ieħor.

Xahrejn wara din l-aħbar, Griezmann xorta għadu plejer t’Atlético u fil-fatt kellu jirrapporta għall-pre-season magħhom.

Is-sena li għaddiet il-Franċiż kien iffirma kuntratt ġdid m’Atlético li fih kien hemm il-klawżola tar-release għas-somma ta’ €190 miljun, biss jidher li din issa ġiet mnaqqsa għal €120 miljun u l-gazzetta L’Equipe qiegħda tirrapporta li l-Katalani ddeċidew li jidħlu għal dan il-plejer. Rapporti u xnigħat qegħdin jgħidu li Griezmann ser jiffirma kuntratt ta’ 5 snin, b’Barcelona diġa’ jidher li ftiehmu mal-plejer ta’ 28 sena, biss għadhom iridu jiffinalizzaw kollox mal-klabb.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Eku tal-każ ta’ allegat stupru ta’ Cristiano Ronaldo. Każ magħluq għall-investigaturi hekk kif il-prosekuzzjoni u l-pulizija ta’ Las Vegas qalu li ma hemmx provi biżżejjed sabiex il-player Portugiż jiffaċċja proċeduri…

Futbol internazzjonali

Il-Manchester United Supporters Club se jkun qed jiċċelebra s-sittin sena anniversarju sa mit-twaqqif tiegħu f’Malta permezz ta’ sposnor ġdid hekk kif il-kumanija IZIBET u l-Club għadhom kif ffirmaw ftehim ta’…

Futbol internazzjonali

Arsenal huma mistennija li jkomplu jkunu attivi matul dan is-suq tat-trasferimenti wara li rapporti qegħdin jgħidu li laħqu ftehim ma’ Dani Ceballos ta’ Real Madrid. Wara li Aaron Ramsey ingħaqad…

Futbol internazzjonali

Il-Portugiż Cristiano Ronaldo mhux ser ikun qiegħed jaffaċċja akkużi ta’ stupru f’Las Vegas minħabba li skont il-prosekuturi ma jistax jiġi ppruvat mingħajr l-iċken ħjiel ta’ dubju li hu wettaq dan…

Aktar