Futbol internazzjonali
Apollon Limassol ta’ Schembri javvanzaw għat-3 round tal-UEL

Apollon Limassol ta’ Ċipru fejn jilgħab il-player internazzjonali Malti Andre’ Schembri ntant kienu wieħed mit-timijiet li għaddew għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League wara li l-bieraħ f’darhom għelbu lil Zeljeznicar tal-Bożnja-Ħerżegovina 3-1 għal aggregate ta’ 5-2.

Schembri li ma niżżilx ismu mal-iskorers lagħab l-ewwel taqsima kollha qabel ġie sostitut. Limassol issa jmisshom lil Dinamo Brest tal-Belarus fir-round li jmiss.

Magħhom javvanzaw għat-tielet round fost l-oħrajn anke Burnley tal-Ingilterra li jilagħbu kontra Istanbul Basaksehir, Atalanta tal-Italja kontra Hapoel Haifa, u Sevilla ta’ Spanja rebbieħa ta’ tliet edizzjonijiet konsekuttivi tal-UEFA Europa League bejn l-2014 u 16, li jmisshom lil Zalgiris Vilnius.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Aktar