Local Sports
ARA: Appell lill-Awtorita’ tas-Saħħa għal-linji gwida dwar kif u meta jista’ jiġi prattikat l-Isport

Fl-isfond tan-nuqqas ta’ informazzjoni ċara dwar is-sitwazzjoni tal-Isport f’pajjiżna Paul Sultana Direttur tal-Kumitat Olimpiku Malti ħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex joħorġu linji gwida sabiex kulħadd ikun jaf kif u meta jista’ jerġa’ jirritorna għat-taħriġ sportiv.

Sultana li hu wkoll President tal-Malta Basketball Association ikkonferma f’intervista ma’ TVM Sport li l-Kumitat Olimpiku Malti qed jirċievi kontinwament talbiet minn atleti u federazzjonijiet sabiex dawn jingħataw direzzjoni jekk istgħux jirritornaw lura għat-taħriġ.

Paul Sultana li bħala professjoni jaħdem fis-settur tas-Saħħa rrikonoxxa x-xogħol tajjeb li sar mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali iżda skond hu issa huwa l-mument fejn la qed jiġu rilaxxati xi miżuri fosthom il-ftuħ ta’ xi ħwienet issa hu l-mument li jinħarġu direttivi wkoll dwar min irid jipprattika l-Isport.

Meta mistoqsi jekk il-Kumitat Olimpiku Malti kellux laqgħat mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u kkonferma li sa issa ma kien hemm ebda laqgħa iżda hu infurmat li issa saret talba uffiċjali.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.