Futbol internazzjonali
ARA: Erling Haaland juri t-talent tiegħu bi tliet xuttijiet minn tlett iblalen fuq xulxin

Il-filmat ma’ din l-istorja juri x’talent kbir għandu quddiem il-lasti l-attakkant ta’ Borussia Dortmund, Erling Haaland.

Il-filmat tpoġġa fuq il-media soċjali mill-Bundesliga u mill-klabb tal-istess plejer.

In-Norveġiż ipoġġi tlett iblalen fuq xulxin fuq il-penalty spot u bi tliet xuttijiet, wieħed wara l-ieħor, jolqot il-bersall tliet darbiet, sakemm jaqsamha min-nofs u eventwalment iwaqqagħha fl-art.

Wieħed jiskanta kif kultant jitlef ċansijiet waqt partita li jkunu aktar faċli tiskurjahom milli tfallihom.

Ma jneħħi xejn mill-mertu li Haaland hu wieħed mill-aqwa attakkanti tal-preżent fid-dinja tal-futbol.

Wara dawn il-filmati, Erling Haaland jista’ qatt ifalli penalty?!

Miktub minn...
TVM Sport