Futbol lokali
ARA: Gaucci jitkellem lejliet il-vot tal-verdett. Jgħid li Floriana għandhom ikunu dikjarati Champions

Sa għada massimu sal-5.30pm nkunu nafu l-eżodu finali tal-Kunsill tal-MFA li se jiddeċidi permezz ta’ votazzjoni diversi deċiżjonijiet fosthom jekk Floriana hux se jkunu dikjarati Champions jew le ta’ dan l-istaġun. Jkun xi jkun ir-riżultat tal-votazzjoni dan se jħalli riperkussjoni fuq il-futur tal-football Malti l-iktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-pika sportiva bejn l-istess Floriana li kienu fl-ewwel post tal-klassifika qabel ma’ waqaf il-kampjonat u Valletta li kienu jinsabu fit-tieni post tliet punti taħthom u meta kien fadal sitt logħbiet għat-tmiem.

Il-Kunsill ta’ għada jibda fl-4.30pm u l-ewwel indikazzjonijiet tal-votazzjoni mistennija jibdew joħorġu għal ħabta tal-5.30pm.

Id-dilettanti tal-football huma mħeġġa jsegwu l-facebook page ta’ TVM Sport għada mill-4.30pm ‘il quddiem għall-aġġornamenti diretti.

Intant illum il-kollega Peter Cossai ħa l-kummenti tal-President ta’ Floriana Riccardo Gaucci u tal-President ta’ Senglea Reuben Debono qabel il-verdett ta’ għada.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew il-Furjaniżi hekk kif is-Sibt filgħaxija fil-Floriana saru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tar-rebħ tal-kampjonat għall-istaġun 2019/20 wara l-preżentazzjoni uffiċjali tat-Tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-istagun 2019/20. Għal ħabta…

Futbol lokali

It-team tan-Nisa ta’ Birkirkara l-bieraħ kienu ppreżentati bit-trofew ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tan-Nisa tal-istaġun 2019/20. Preżenti l-players ta’ Birkirkara FC, l-istaff tekniku u membri tal-kumitat. Il-preżentazzjoni saret mill-Viċi President tal-MFA…

Futbol lokali

Il-Player Clyde Borg mhux se jibqa’ jilgħab ma’ Floriana. TVM Sport jifhem li l-player jinsab f’kuntatti ma’ diversi Clubs sabiex jakkwistaw il-firma tiegħu. Borg magħruf bħala l-‘Pajpaj’ lagħab sittax -il…

Futbol lokali

Mosta FC ħabbru li laħqu ftehim ma’ Birkirkara sabiex il-player tagħhom il-midfielder Johann Bezzina jingħaqad mal-Blues għal staġun b’self. Fil-passat il-player lagħab ma’ Hiberians u anke ma’ Sliema Wds apparti…

Aktar