Sport Lokali
ARA: Il-Bandiera Maltija titla’ fi Pyeongchang lejliet il-Logħob Olimpiku tax-Xitwa

Olimpijadi tax-Xitwa 2018: Iktar kmieni llum fil-villaġġ Olimpiku fi Pyeongchang il-Korea t’Isfel itellgħet il-bandiera ta’ pajjiżna f’ċerimonja simbolika li fiha ttelgħu ukoll il-bnadar kollha tal-pajjiżi li se jkunu qed jikkompetu f’dawn l-Olimpijadi li jibdew għada.

Preżenti għaċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-bnadar kien hemm ic-Chef de Mission Dr Lucienne Attard, flimkien mal-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello. Fi Pyeongchang Malta se tkun rappreżentata minn Elsie Pellegrin li se tikkompeti f’żewġ dixxiplini tal-Iskiing is-Slalom u l-Giant Slalom. Din hi t-tieni darba li Elise Pellegrin se tirrapreżenta lil Malta fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa hekk kif ħadet sehem erba’ snin ilu f’Sochi r-Russja. Pellegrin se tkun fl-azzjoni fis-Slalom nhar it-Tnejn u fil-Giant Slalom nhar l-Erbgħa. Jakkumpanjaw lil Pellegrin ukoll fil-Korea t’Isfel hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti Joe Cassar u d-Direttur tal-Isport Ivan Balzan.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama. President Għaqda Ġurnalisti Sports Malta.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Moto GP: Illum sar il-Grand Prix ta’ Franza fuq iċ-ċirkwiet ta’ Le Mans. Kien Marc Marquez fuq Honda li rebaħ dan il-Grand Prix li kien kkarateriżżat mill-inċidenti ta’ Andrea Dovizioso…

Atletika

Fl-Atletika: Rekord Nazzjonali ġdid fil-hammer throw minn Mario Mifsud tal-Allcommers Aloysions illum waqt il-meeting tal-MAAA “Challenge 6” , l-aħħar wieħed ta’ din is-sensiela ta’ kompetizzjonijiet. B’tefa’ ta’ 51 metru punt…

Aktar