Boxing
ARA: Il-Filmat tal-Face off bejn Steve Martin u Jose Gomez qabel il-ġlieda tal-lejla

 

 

Il-Ġimgħa filgħaxija saret il-Weigh In taż-żewġ Boxers li f’Toulon fi Franza se jiġġieldu għat-titlu ta’ Champion tal-Mediterran tal-World Boxing Council fil-kategorija Welterweight.

Quddiem folla mdaqqsa fosthom kważi tletin sostenitur Malti li jinsabu f’Toulon sabiex jagħtu s-support lil Steve Martin, iż-żewġ boxers telgħu fuq il-miżien sabiex issir il-konferma quddiem l-uffiċjal tal-WBC għall-piż tagħhom ta’ 67kg ta’ din il-kategorija. Wara kien hemm il-face off li dam kważi 15 -il sekonda.

Super Steve Martin se jiġġieled kontra l-Franċiż Jose Pepe Gomez bil-boxer Franċiż għandu rekord ta’ 13 -il rebħa mingħajr qatt ma tilef.

Il-ġlieda ssir illejla fl-10pm fil-Manchard Arena ta’ Toulon.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.