Futbol lokali
ARA: Il-Goals tal-Gozo Football League l-1 Divijoni ta’ tmiem il-ġimgħa

Il-Goals tal-Gozo Football League l-1 Divijoni ta’ tmiem il-ġimgħa.

Fil-kampjonat BOV GFL l-1 Diviżjoni: Victoria Hotspurs irritornaw għar-rebħ biex żammew il-punt vantaġġ u baqgħu bla megħluba fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu lill-ġirien Oratory Youths 4-1 fl-ewwel partita tat-tieni round. Sa tmiem l-ewwel taqsima il-Hotspurs diġà tlieta minn fuq b’goals ta’ Chris Camilleri wara żball tal-goalkeeper, Christian Mercieca b’daqqa ta’ ras imxellfa, u penalty ta’ Henrique Maciel għal handball fil-kaxxa. Ir-raba’ goal skurjah Chris Camilleri fl-74 minuta qabel Charles Mercieca naqqas l-iskor għal Oratory minuta mit-tmiem.Fil-kampjonat BOV GFL l-1 Diviżjoni: Victoria Hotspurs irritornaw għar-rebħ biex żammew il-punt vantaġġ u baqgħu bla megħluba fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu lill-ġirien Oratory Youths 4-1 fl-ewwel partita tat-tieni round. Sa tmiem l-ewwel taqsima il-Hotspurs diġà tlieta minn fuq b’goals ta’ Chris Camilleri wara żball tal-goalkeeper, Christian Mercieca b’daqqa ta’ ras imxellfa, u penalty ta’ Henrique Maciel għal handball fil-kaxxa. Ir-raba’ goal skurjah Chris Camilleri fl-74 minuta qabel Charles Mercieca naqqas l-iskor għal Oratory minuta mit-tmiem.

Nadur Youngsters baqgħu punt wara l-Hotspurs wara li qasmu tmien goals ma’ Kerċem Ajax f’rebħa ta’ 5-3. Kienu Kerċem li fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls permezz ta’ Ognjen Rolovic u Andrew Mizzi sad-19-il minuta: imma żewġ goals f’minuta għal Nadur għamlu l-iskor indaqs: awturi  Darko Krstic u Dewide Dos Santos. Kerċem spiċċaw b’għaxra meta mas-siegħa logħob tkeċċilhom Kyumyurdzhiev u mill-istess freekick li rriżulta Nadur marru minn fuq grazzi għal Dewide Dos Santos. Minkejja l-player inqas Kerċem ġabu d-draw mis-soltu Rolovic: imma żewġ goals oħra minn Dewide Dos Santos għat-tripletta personali u Krstic iddeċidew il-partita favur Nadur.

Ħames goals oħra qasmuhom iċ-champions renjanti Xewkija Tigers u SK Victoria Wanderers. Xewkija ikkastigati bit-tkeċċija ta’ Joseph George Vella wara biss 6 minuti: imma wara taqsima bla goals, it-Tigers skurjaw tlieta wara xulxin fit-tieni waħda minn Joseph Mario Vella, Milos Stojanovic u Claudio. Abdullahi Ige naqqas l-iżvantaġġ għall-Wanderers u Aaron Touarha kompla għamel l-iskor aktar rispettabbli fil-ħin mogħti żejjed: xorta waħda telfa iżda għar-Rabtin li tikkundannahom għall-aħħar post tal-klassifika.

It-team promoss ta’ Għarb Rangers fil-fatt qabeż lill-Wanderers bl-ewwel rebħa tal-istaġun: rebħa sorpriża ta’ 2-1 fuq Għajnsielem. Għarb fetħu l-iskor fit-18-il minuta minn Borja Polo Longarela: b’Everton Felipe Da Silva Santos iġib id-draw għal-Għajnsielem minuta minn tmiem l-ewwel taqsima. Il-goal deċiżiv għal Għarb skurjah Christian Attard fl-74 minuta.

 

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Timijiet barranin li se jkunu għal training camps hawn Malta dix-xitwa u t-timijiet Maltin li se jilagħbu partiti ta’ ħbiberija kontrihom se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-Valletta 2018 International Football…

Futbol internazzjonali, Futbol lokali, Futsal

L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tal-Ħadd 14 ta’ Jannar

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 Floriana……..0 Hibernians…1   20 min – xutt ta’ Maurizio Vella minn barra l-kaxxa jimpenja lil Andrew Hogg, b’dan isalva l-ballun tajjeb. 45 min – korner ta’…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 Mosta………………….0                                                              Birkirkara……………3 Fis-sittax il-jum tal-kampjonat Premier B’Kara għelbu lil Mosta bl-iscore ta’ 3-0. Tliet punti mportanti għall-Istripes biex komplew saħħew posthom fil-klassifika. Fl-ewwel rawnd B’kara…

Aktar